|
Antonella Grima | Home | Gallery | About the Artist | Events | Links | Contact | |
|
Mument August 7 2005 BEYOND Ghada tiftah wirja ta' arti f'Heritage Malta Minn ghada t‑Tnejn, 8 ta' Awissu, se tiftah ghall - pubbliku wirja b'kollezzjoni zghira ta' pittura bl‑inka niifqugha bl‑ilma, xoghol l - artista zaghiugha Antonella Grima. Il wirja se tkun miftuha ghall‑pubbliku fil Heritage Malta fi Triq Merkanti, il‑Belt, bejn id‑9.00 am. u 1‑4.00 pm. Beyond hi l - ewwel wirija personali ghal Antonella, wara li hadet sehem f diversi wirjiet kollettivi f’ dawn 1‑ahhar erba' snin, meghjuna principalment mis – Socjeta’ ta’ l- Arti Manifattura u Kummerc. Antonella ghadha kif ikkwalifikat fil‑medicina u hadet il‑lawrija ta' tabib. Kif jindika l- isem tal‑wirija, Beyond, ix‑xoghlijiet relatati taghha huma spirati mill - univers skonfinat, l - ispazju inter‑stellari, spluzjonijiet kosmici, pjaneti, stilel, xmux, qmura u kometi. Antonella tipprova tilhaq is‑serna bl - ghajn mentali, b’ idejha sensittivi u b’ pinzellati hfief. Bix‑xoghlijiet taghha tqanqal spiritwalment u intensament l - emozzjonijiet ta' l - ispettatur. Minbarra l - inka mifqugha bl‑ilma, Antonella tuza wkoll ix‑xama' fuq il‑karta bhall - istencil biex tikseb l - abjad brillanti tal‑karta. Hi artista grafika li tuza kuntrasti qawwija ta' abjad u iswed, ta' dawl u dlam f ‘ xoghlijiet lirici ta' ikhal delikat, ta' iswed bellusi u abjad luminuzi u brillanti. Il‑wirja tibqa' miftuha ghall‑pubbliku sas‑Sibt 10 ta' Settembru. |
|
© Antonella Grima 2002 - 2005. Information contained in these pages is for viewing purposes only. No part of this website may be reproduced in part or in whole without the permission or instructions of the owners of this site. Individuals interested in purchasing any of the original works featured on this website are invited to contact Antonella Grima on the e-mail address found within this website. Thank you. |