Antonella Grima

| Home | Gallery | About the Artist | Events | Links | Contact |

Click to go Back

In- Nazzjon August 23 2005

MILL – WIRJIET TA’ L- ARTI

 

Antonella Grima tesebixxi xoghlijiet fil -  ‘Heritage Malta’

ANTONELLA Grima qed tesebixxi kollezzjoni ta’ pittura bl-inka mifqugha bl-ilma f’Heritage Malta fi Triq Merkanti, l-belt Valletta. It – tema ta’ din il – wirja hi ‘Beyond’ u tinkludi 25 bicca xoghol mill- iktat interessanti.

          It-titlu sinifikanti tal-wirja jirreferi ghall-univers vast, l-ispazju stellari. Il-magija ta’ dan is-suggett li jispirha b’mod poetiku jista’ jirreferi ghal dan l-ispazju nnifsu, s-suggett jew tema tal-pittura indipendenti u distint ‘il boghod  mill-oggett, l-artista bhala persuna u jista’ jitqies ukoll il-holm, l-ambizzjonijiet, l-ideal u l-vizzjoni taghha ghall-futur. Antonella tghallmet l-arti waheda u b’mod empiriku u tikkunsidra x-xoghol taghha bhala ‘outsider art’.

          Fl-eta zghazugha ta’ 23 sena Antonella qeghda ttella’ l-ewwel wirja personali taghha wara li ppartecipat f’diversi wirjiet kollettivi f’dawn l-ahhar erba’ snin mejghuna principalment mis-Socjeta ta’ l-Arti, Manifattura u Kummerc. Antonella ghada kif ikkwalifikat fil-medicina. Ghalhekk il-wirja attwali ghanda sinifikat u siwi partikulari ghal Antonella ghax taf li tista’ tisfrutta t-talenti artistici taghha f’sens terapewtiku biex ittaffi t-tensjoni u l-istress tar-responsabbilta’ professjonali.

          Ix-xogholijiet relatati taghha huma spirati mill-univers skonfinat, l-ispazju inter-stellari, nebule jisplodu, spluzzjonijiet kozmici, pjaneti, stillel, xmux, qmura u kometi. Antonella tipprova tilhaq is-sema bl-ghajn metali, b’idejha sensittivi u b’pinzellati hfief.

          Antonella tuza l-inka muifqugha bl-ilma. Tuza ukoll ix-xama’ fuq il-karta bhall-‘stencil’ biex tikseb l-abjad brillanti tal-karta bhall-incizur li juza l-vernic fuq ir-ram jew metal biex jghalaq jew jiftah is-superfici ghall-effett tonali bl-actu u l-inka. Hija artista grafika li tuza kuntrasti qawwija ta’ abjad u iswed, ta’ dawl u dlam f’xoghlijiet lijrici ta’ ikhal delikat, ta’ iswed bellusi u abjad luminuz u brillanti. Antonella tista’ tissorprendi fil-futur jekk taqleb ghal spluzzjoni ta’ kulur. Iz-zmien favuriha.

 E. V. Borg

graphic version

© Antonella Grima 2002 - 2005. Information contained in these pages is for viewing purposes only. No part of this website may be reproduced in part or in whole without the permission or instructions of the owners of this site. Individuals interested in purchasing any of the original works featured on this website are invited to contact Antonella Grima on the e-mail address found within this website. Thank you.